“Aw Int Double H… Handicap U Ħoxna!” – Studenti Mill-Junior College Jgħajru Lil Assistent Kap Ta’ Skola

 “Aw Int Double H… Handicap U Ħoxna!” – Studenti Mill-Junior College Jgħajru Lil Assistent Kap Ta’ Skola
Joanna Cassar; Assistent Kap ta’ Skola li hija rrispettata mmens minn ħafna studenti minn skejjel li anke kienet taħdem fihom tul il-karriera tagħha wriet id-dispjaċir għal aġir ta’ studenti partikolari mill-Junior College.
Jidher li Cassar waqfet ħdejn il-Junior College u riedet tagħmel użu mill-ATM meta 4 studenti li kienu storbjużi, u anke kienu qed jużaw kliem baxx u pastaż tellfulha l-paċi tagħha mingħajr ma kellmithom.
Wieħed minnhom qallha: “Aw int double H… ..handicap u ħoxna”, kitbet Cassar filwaqt li tenniet li waħda mit-tfajliet malli semgħet hekk weġbitu lura b’aktar oxxenità: “il-o***a fqajt l-A**a…top. Tlaqna għaż-żo** ta’ lesson għax jibda jingħi”, filwaqt li bdew telgħin it-taraġ.
Joanna Cassar ħassitha ddiżgustata u staqsiet jekk dawn humhiex il-ġenerazzjoni t’għada?! Mill-banda l-oħra, uriet kemm hi mara li ma tefgħetx lil kulħadd f’keffa waħda u semmiet studenti eżemplari mill-Junior College stess li taf hi u li stqarret li dawn iżommuha temmen f’umanità aktar intelliġenti u rispetabbli.
Solidarjetà miegħek Miss Cassar. Min jaf lil Joanna Cassar jaf kemm tagħti ħin lill-istudenti u kemm għenet u għadha tgħin żgħażagħ biex jibqgħu mexjin fit-triq it-tajba tul ħajjithom.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com