Bil-Filmat: Xegħelu L-Pjazza Bix-Xemgħa

 Bil-Filmat: Xegħelu L-Pjazza Bix-Xemgħa

Xi ġmiel, x’atmosfera u xi ħsieb! Din hija l-pjazza ta’ San Lawrenz f’Għawdex fejn illejla saret il-mixgħela bħala tislima lill-ewwel u t-tieni ta’ Novembru li jfakkar il-Qaddisin kollha u l-mejtin kollha.

Hija inizjattiva tal-Ministeru għal Għawdex flimkien mal-kunsill lokali ta’ San Lawrenza taħt id-direzzjoni tas-Sindku Noel Formosa.

Il-Parroċċa bla dubju tat is-sehem tagħha taħt id-direzzjoni ta’ Fr. Anthony Bajada u għenu wkoll, grupp mill-Form 5, volontiera oħra u Rueben Camilleri Cauchi.

Prosit tassew ta’ din l-ideat differenti mis-soltu marbuta ma’ dawn il-festi li jfakkruna wkoll fl-għeżież li ħallewna.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com