“Ħadd U Xejn Ma Jista’ Jieħu Post It-Tagħlim Li Jsir Fil-Klassi” – Kap Ta’ Skola

Il-kap tal-iskola tar-Rabat f’Għawdex Lelio Spiteri qal li din il-ġimgħa huwa qed jesperjenza t-tagħlim onlajn aktar mill-qrib. Filwaqt li qal li jammira lill-għalliema li jwettqu tagħlim kemm onlajn u anki fil-klassi, huwa saħaq li xejn ma jista’ jieħu post il-klassi fejn ikun hemm “komunikazzjoni wiċċ imb’wiċċ” u fejn “it-tfal jitgħallmu u jikbru flimkien f’ambjent ta’ skola”.