Il-Koppla Tar-Rotunda Mostija Ser Tinxtegħel Minn Ġewwa

Fuq il-paġna ta’ facebook Mosta Parish tħabbar li l-koppla maestuża tar-Rotunda Bażilika tal-Mosta ser tinxtegħel minn ġewwa.
Fl-aħħar ġimgħat ġew mgħoddija wires ġodda tad-dawl biex dan isir possibbli u bdew ukoll jitwaħħlu l-‘fittings’ apposta.
“Grazzi ħafna lill-voluntiera u ħaddiema li kontinwament qed jaħdmu fuq dan il-proġett ambizzjuż ta’ dawl għar-Rotunda”, inktieb fuq il-paġna filwaqt li rringrazzjaw lil kull min jista’ jagħti donazzjoni.
Sa issa diġà kien installat ukoll dawl ġenerali biex permezz tiegħu, tinxtegħel il-knisja waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Quddies
Prosit tassew!
Ritratt: Facebook/ Mosta Parish