Ir-Risposta ta’ Bjorn għall-Mistoqsija Li Saritlu Fuq ir-Radju …

Żgur li ħafna minna nafu min hu Bjorn Formosa – fundatur tal-ALS Malta li bdiet fl-2015. Fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook, Bjorn jirrakkonta kif ġie mistoqsi waqt programm fuq ir-radju jekk huwiex qiegħed imut, jew jekk hijiex esaġerazzjoni. Dan hu li wieġeb Bjorn:
“Ir-risposta sfortunament hija wahda sempliċi. L-ALS hi marda terribli u pazjenti bl-ALS normalment jgħixu bejn 2-3 snin. Jiena mirakolużament diġa’ għixt 5 snin! Sakemm itini l-għomor nibqa’ ngħix bl-aqwa mod kull ġurnata li tingħatali, f’battalja kontinwa bejn ħajja u mewt, b’għan wieħed li ntejjeb Il-ħajja ta’ dawk kollha li għaddejin mill-istess tbatija tiegħi.
Għinuna niftħu DAR Bjorn ġdida li tkun tista’ tilqa’ u tgħin ħafna iktar nies.”
Sabiex tagħti d-donazzjoni tiegħek jekk jogħġbok:




Meħuda mill-paġna ta’ Facebook https://www.facebook.com/bjornformosaals