Kont Taħdem It-Tarzna Jew Taf Lil Xi Ħadd Li Kien?

 Kont Taħdem It-Tarzna Jew Taf Lil Xi Ħadd Li Kien?

Heritage Malta qed tniedi proġett maħsub biex it-tifkiriet ta’ dawk li ħadmu fit-Tarzna ma jintilfu qatt, billi jibqgħu maħżuna b’mod diġitali għall-ġenerazzjonijiet ta’ warajna li jgħożżu daqsna t-tradizzjoni orali unika ħierġa minn fomm dawk li ġarrbu ħafna, tgħallmu ħafna u għallmu ħafna.

“Il-ħaddiem li bix-xogħol joħloq, ma jmut qatt.” Hekk tgħid il-kitba fuq mafkar fid-daħla tat-Tarzna ta’ Malta. U hekk hu tassew. Għax meta l-bniedem jieħu l-aħħar nifs u jsir parti mill-istorja, iħalli warajh legat – mhux biss ta’ oġġetti materjali li jibqgħu jintirtu minn ġenerazzjoni għal oħra fil-familja u fuq il-post tax-xogħol, iżda wkoll il-legat intanġibbli u imprezzabbli ta’ tifkirietu.

Jekk inti qattajt bosta snin taqla’ l-għajxien tiegħek mit-Tarzna, jew taf lil xi ħadd li ħadem għal bosta snin, għandek ritratti u tifkiriet ta’ qrabatek u tixtieq tieħu sehem f’dan il-proġett, ikkuntattja lil Heritage Malta b’email fuq [email protected]

Dan huwa proġett iffinanzjat mill-EEA Norway Grants.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com