Missier Li Abbuża Minn Uliedu Sesswalment Jipprova Jiġġustifika Dak Li Għamel

 Missier Li Abbuża Minn Uliedu Sesswalment Jipprova Jiġġustifika Dak Li Għamel

Missier li abbuża miż-żewġ uliedu bniet għal sitt snin sħaħ weħel 4 snin ħabs. Iżda huwa qed jinsisti li dak li għamel għamlu għal skopijiet ta’ edukazzjoni sesswali.

Skond rapporti ta’ Times of Malta jidher li l-abbuż beda fl-2009 meta l-bniet kellhom 12 u 13-il sena. Jidher li missierhom kien jġiegħlhom jagħmlu atti sesswali sabiex jieħdu l-permess li joħorġu jew jattendu għal attivitajiet li jixtiequ huma. Ġieli kien anki jitlob dawn l-atti mingħandhom bħala kastig.

Waħda mill-ulied qalet li l-abbuż beda meta darba xtaqet li tmur Għawdex ma’ sħabha tal-iskola u ommha kienet qaltilha le. Għalhekk hija talbet permess lil missierha, li qalilha li biex jaċċetta trid tagħmel xi atti sesswali.

Il-bint l-oħra qalet li l-ewwel darba li hija ġiet abbużata minn missierha kien wara lejla barra ma’ sħabha fejn huwa tagħha kastig li kien jinvolvi atti sesswali.

Il-missier qal li huwa għamel dawn l-atti bil-għan li jwassal l-edukazzjoni sesswali lill-uliedu u qal ukoll li huma kienu ħafrulu tan-nuqqasijiet tiegħu, u b’hekk ma kellux għalfejn jeħel sentenza ta’ ħabs.

Ritratt: Chamber of Advocates

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com