Ħaddiem Tal-Funerali Li Ppoża Mal-Katavru Ta’ Maradona Jitkeċċa Mix-Xogħol

 Ħaddiem Tal-Funerali Li Ppoża Mal-Katavru Ta’ Maradona Jitkeċċa Mix-Xogħol

Raġel li jaħdem fil-funerali ħa ritratt mat-tebut miftuħ ta’ Maradona, liem ritratt ġie imxerred bil-bosta fuq il-midja soċjali.

Ilbieraħ Claudio Fernandez, ir-raġel li jidher f’dan ir-ritratt, qal li hu, ibnu u raġel ieħor kienu tilfu xogħolhom minħabba l-aġir tagħhom. Fernandez talab għall-maħfra, filwaqt li qal li ma kienx qed jippjana li jieħu dan ir-ritratt, sempliċiment ibnu ħadu f’temp ta’ sekonda, ta ġuvni ta’ 18-il-sena li hu. Huwa qal li malli għolla rasu ra li ibnu kien qed jieħu ritratt u bla ħsieb ta’ xejn ippoża għalih.

Fernandez żied jgħid li dan ma sarx b’sens ta’ disrispett iżda b’nuqqas ta’ ħsieb f’mument sensittiv. Qal ukoll li huma jafu sew lil familjari ta’ Diego Maradona u qatt ma kienu se jagħmlu xi ħaġa bħal din b’intenzzjoni ħażina. Fernandez qal li minħabba dan ir-ritratt huwa rċieva wkoll diversi theddid.

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com