Raġel Bi Ġrieħi Gravi U Ieħor Jindarab Ħafif Fi Ġlieda Fil-Mosta
Żewġt irġiel, wieħed ta’ 47 sena mill-Pakistan u ieħor ta’ 31 sena u li tnejn joqogħdu l-Mosta, ġarrbu xi ġrieħi wara li ġew fl-idejn waqt ġlieda li seħħet fi Triq il-Ħuttaf, il-Mosta.
Il-ġlieda nqalgħet għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta’ filgħaxija quddiem blokka t’appartamenti.
Iż-żewġt irġiel irrikorrew fl-eqreb klinika fejn ir-raġel ta’ 31 ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi u l-Pakistani sofra ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.