Skond Bjorn Huwa “L-Isbaħ Rigal Għal Dan Il-Milied”
Esperjenza kulinari b’ritratti meraviljużi u riċetti mill-aqwa għal żmien il-Milied… dan huwa wieħed mill-proġetti li qed jaħdem fuqu Bjorn bħalissa u li qed jiddeskrivih bħala “l-isbaħ rigal għal dan il-Milied”.
L-aħwa Ramona u Roberta Preca, żewġ chefs primi, se jkunu qed joħorġu ktieb tat-tisjir fil-jiem li ġejjin, bil-għan li jaqsmu riċetti tal-Milied għal kull ħin tal-ġurnata filwaqt li jgħinu lil Bjorn jiġbor aktar fondi għall-ALS Malta. “Se jinkludi taħlita ta’ riċetti kreattivi”, qalet Ramona Preca dwar il-ktieb bl-isem ta’ ‘It’s About Time: A celebration of cooking”.
Bħalissa dan il-ktieb qed jiġi stampat u mistenni joħroġ fil-bidu ta’ Diċembru.