Arrestat L-Allegat Moħħ Wara Ħruq Ta’ Diversi Karozzi

Żagħżugħ ta’ 24 sena minn Ħaż-Żabbar ġie arrestat mill-Pulizija fi ħdan l-Iskwadra tar-Reati Maġġuri b’rabta ma’ ħruq ta’ diversi karozzi.
Il-Pulizija qalet li fl-aħħar jiem waslitilha informazzjoni li kien għaddej pjan dwar ħruq ta’ vettura. Huwa ġie arrestat l-Erbgħa filgħaxija wara li nħareġ mandat ta’ arrest fil-konfront tiegħu.
Il-Pulizija qalet li r-raġel li allegatament huwa l-moħħ wara diversi ħruq ta’ vetturi, mistenni jitressaq il-qorti llum quddiem il-Maġistrat Dr Ian Farrugia u jiġi akkużat bil-konspirazzjoni ta’ ħruq ta’ vettura u kif ukoll li ħoloq biża’ ta’ vjolenza.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Ritratt: Arkivji