Bir-Ritratti: Rebbieħa Tal-Kompetizzjoni Tal-Arti Għall-Marsa Junction Project
‘Ascension’ hija waħda mir-rebbieħa tal-Kompetizzjoni Pubblika tal-Arti tal-Marsa Junction Project, u hija maħduma minn Mizzi Studio.
Din l-opra ta’ arti se tkun tinsab fir-roundabout ewlenija li twasslek għaċ-ċimiterju tal-Addolorata. Id-diżinn huwa mdawwar mat-tema prinċipali ta’ din il-kompetizzjoni, it-tema tal-‘moviment’.
‘Ascension’ tikkonsisti f’44 kolonna li se jkunu luminixxenti u fi fluss kostanti mal-ġurnata u anki mal-lejl. Għandha diversi mirja fil-parti tal-fuq tagħha sabiex tirrifletti d-dawl. Dan ifisser li dawk li jgħaddu minn ħdejn din l-istruttura se jkunu qed jħaddmu id-dwal tagħha permezz tal-moviment tagħhom li jirrifletti fuq l-istruttura. Apparti minn hekk, il-kolonni se jkunu qed jitfgħu fjammi ta’ LED lejn is-sema, u jipproġettaw effett tad-dawl tax-xemgħa.
Id-disinji tax-xogħlijiet artistiċi intagħżlu minn fost 56 proposta li ġew sottomessi f’sejħa internazzjonali ta’ Infrastruttura Malta b’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv. 36 parteċipant kienu Maltin filwaqt li ġew sottomessi proposti minn seba’ pajjiżi oħra.