Ftit Jiem Oħra Se Nibdew Nagħtu T-Tilqima Kontra l-COVID-19

Id-deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li ftit tal-jiem oħra se nibdew nagħtu l-vaċċin kontra l-Covid-19.
Il-Ministru qal dan fil-Parlament b’reazzjoni għad-deċiżjoni tal-Aġenzija tal-Mediċini Ewropea li tmexxi għal 21 ta’ Diċembru l-laqgħa li matulha mistennija tapprova l-vaċċin tal-kumpanja Pfizer-BioNTech.