“… Għandi Dubji Kbar Kienx Hemm Xi Frame Up Moħmi Li Ma Rnexxiex” – Joseph Muscat

 “… Għandi Dubji Kbar Kienx Hemm Xi Frame Up Moħmi Li Ma Rnexxiex” – Joseph Muscat

Fuq il-paġna ta’ facebook tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat qed jitella’ aġġornament ta’ dak li qed jintqal fix-xhieda tiegħu fl-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Inkiteb li fil-Milied tal-2018 ftit jiem qabel l-awguri tan-nies f’Kastilja, Muscat kien intalab biex imorru jkellmuh is- servizzi sigrieti. “Kienu informati li Melvin Theuma se jiġi Kastilja jagħtini l-awguri u jieħu ritratt miegħi. Dan sar.”

Kompla jgħid kif: “Eżatt warajh daħlet sinjorina u staqsietni x’se nagħmlu fuq ta’ Vince Muscat, il-Koħħu. Kienet bintu. Għidtilha jien ma nitkellimx dwar dawn l-affarijiet. Imxi. Dak il-ħin informajt lis-servizzi sigrieti. Għandi dubji kbar jekk kienx hemm xi frame-up moħmi li ma irnexxix.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com