Il-Pulizija Tinvestiga Ħruq Ta’ 18-Il Karozza Fil-Gudja

 Il-Pulizija Tinvestiga Ħruq Ta’ 18-Il Karozza Fil-Gudja

Il-Pulizija mill-Arsons Unit fi ħdan l-Iskwadra tar-Reati Maġġuri, flimkien mad-Distrett taż-Żejtun qegħdin jinvestigaw il-ħruq ta’ diversi vetturi li kienu pparkkjati f’parkeġġ fil-Gudja.

B’kollox 18-il karozza nqerdu bin-nirien, waqt li oħrajn ġarrbu xi ħsarat.

Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ nofsillejl neqsin kwart, meta l-pulizija ntalbu jassistu fi Triq Dawret il-Gudja.

Kif waslu fuq il-post sabu numru ta’ vetturi f’ħuġġieġa nar. Kien hawnhekk li ntalbet l-assistenza tal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jikkontrollaw in-nirien, liema operazzjoni damet sat-tlieta ta’ filgħodu.

Ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ. Il-Maġistrat tal-Għassa Caroline Farrugia Frendo ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, megħjuna minn esperti mqabbda minnha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com