Minn Għada: Imwaqqfa T-Titjiriet Kollha Minn U Lejn Ir-Renju Unit

 Minn Għada: Imwaqqfa T-Titjiriet Kollha Minn U Lejn Ir-Renju Unit

Minn ghada, it-Tlieta, 22 ta’ Diċembru se jkunu sospiżi t-titjiriet minn u lejn ir-Renju Unit. Dan fid-dawl tal-varjant il-ġdid tal-COVID-19 li instab f’pazjenti f’dan il-pajjiż.

Fi stqarrija, il-Ministeru għas-Saħħa qal li minkejja s-sospensjoni tat-titjiriet, Maltin, u persuni residenti f’Malta, li jinsabu fir-Renju Unit preżentament, se jingħataw l-opportunità li jirritornaw Malta, madanakollu, se jkunu soġġetti għal PCR test mal-wasla tagħhom f’pajjiżna u għal kwarantina obbligatorja ta’ 14-il jum.

Din id-deċiżjoni hija waħda temporanja anke għax l-Awtoritajiet tas-Saħħa Maltin qegħdin isegwu mill-qrib l-iżviluppi fir-Renju Unit filwaqt li qed jipparteċipaw f’diskussjonijiet mal-Unjoni Ewropea dwar din is-sitwazzjoni sabiex eventwalment anke jkun hemm pożizzjoni u direzzjoni mill-istess Unjoni.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com