Il-Varjant Tal-COVID-19 Jinfirex F’4 Pajjiżi Oħra Ewropew

 Il-Varjant Tal-COVID-19 Jinfirex F’4 Pajjiżi Oħra Ewropew

Il-varjant il-ġdid tal-Covid-19 li jidher li tfaċċa għall-ewwel darba fir-Renju Unit, instab ukoll f’erba’ pajjiżi oħra Ewropej fosthom l-Olanda, il-Belġju u l-Italja.

Dan il-varjant wassal biex 15-il pajjiż, fosthom Malta ħabbru restrizzjonijiet għall-vjaġġaturi mir-Renju Unit dwar tħassib fuq dan il-virus, li jinfirex ħafna iktar malajr mill-coronavirus – virus li qed jinfirex maltajar fin-Nofsinhar tal-Ingilterra.

Kemm Eurotunnel u kemm Eurostar ħabbru s-sospensjoni tas-servizzi, waqt li l-Port ta’ Dover qal li se jingħalaq għat-traffiku kollu li jitlaq mir-Renju Unit. Dan sakemm ma jingħatax avviż ieħor.

Skont is-sit awtorevoli Bild, il-pajjiżi Ewropej mhux jeskludu li jwaqqfu l-ivvjaġġar kollu mir-Renju sas-6 ta’ Jannar.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com