Mit-Tlieta: Obbligu Ta’ Kwarantina Mandatorja Għal Titjiriet Mir-Renju Unit

Minn nhar it-Tlieta li ġej se jkun hemm l-obbligu ta’ kwarantina mandatorja ta’ 14-il ġurnata għal titjiriet li jaslu Malta mir-Renju Unit. Dan fid-dawl tal-varjant il-ġdid tal-COVID-19 li nstab f’pazjenti f’dan il-pajjiż.
Fi stqarrija, il-Ministeru għas-saħħa qal li din id-deċiżjoni hija waħda temporanja anke għaliex l-Awtoritajiet tas-saħħa Maltin qegħdin isegwu mill-qrib l-iżviluppi fir-Renju Unit filwaqt li qed jipparteċipaw f’diskussjonijiet mal-Unjoni Ewropea dwar din is-sitwazzjoni sabiex eventwalment anke jkun hemm pożizzjoni u direzzjoni mill-istess Unioni.