Tinsewx Tippjanaw Il-Ġimgħa Tal-Milied B’Aktar Attenzjoni Mis-Soltu!

 Tinsewx Tippjanaw Il-Ġimgħa Tal-Milied B’Aktar Attenzjoni Mis-Soltu!

Minn għada tibda l-ġimgħa li twassalna sal-25 ta’ Diċembru; il-Milied. Ġimgħa li s-soltu tkun ikkaraterizzata b’ħafna festini, divertiment, ikliet u ċelebrazzjonijiet.

Irridu niftakru li m’aħnhiex fi żmien normali u ma nazzardawx nesaġeraw f’dawk li huma ċelebrazzjonijiet.

Ma ninsewx li l-mument jgħaddi imma l-konsegwenzi kapaċi le.

Mhux qed ngħidu hekk biex innisslu biża’, xejn minn dan. Iżda biex infakkru għaliex hija normali li meta nħossuna tajjeb forsi ninsew.

Qed ngħixu żmien differenti, li minkejja dan, irridu napprezzaw il-ħidma tal-awtoritajiet biex il-pandemija tal-covid-19 qed tkun ikkontrollata bl-aħjar mod possibbli.

Imma rridu nkomplu nagħmlu sforz biex noħorġu minn dan il-perjodu mill-aktar fis.

Nixtiequ naraw aħbarijiet sbieħ f’Jannar tal-2021 u mhux aktar imwiet. Irridu li nimxu ‘l quddiem u nixtiequ li bil-mod nibdew naraw aktar tama.

Ejja naħsbu f’xulxin u f’ta’ madwarna. Ma ninsewx l-anzjani u l-vulnerabbli… u wara kollox, lilna nfusna. Aħna lkoll umani li ħajjitna hija prezzjuża.

Kuraġġ! Għada jisbaħ aħjar. J’Alla dan il-Milied jgħinna napprezzaw iżjed dak li għandna u li rnexxielna ngħixu tul ħajjitna sa issa.

Ritratt: SBS.com.au

Ritratt Prinċipali: Getty Images

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com