Proġett Ta’ Tiżjin Tal-Milied Fi Triq Is-Santwarju F’Ħaż Żabbar

Triq is-Santwarju f’Ħaż Żabbar kienet ġiet iddikjarata bħala l-isbaħ triq ta’ Malta, fost toroq prinċipali oħrajn, wara kompetizzjoni onlajn organizzata minn Infrastructure Malta.
Is-Sindku tal-lokal, Jorge Grech, tkellem ma’ stradarjali.com u spjega kif il-Kunsill Lokali qed jinvesti fi proġett ta’ tiżjin tal-Milied li se jkun qed jiġi mplimentat fuq medda ta’ sentejn. L-għan huwa li tkompli tissebbaħ din it-triq tant popolari sabiex tikkumplimenta t-titlu li ġie mgħoti lilha.
Il-proġett ta’ tiżjin b’investiment tal-Kunsill Lokali għal din it-triq huwa maqsum fi tnejn; il-parti tal-arkati u l-parti ta’ disinn fuq in-naħa ta’ fuq. L-istijl taż-diżinn huwa wieħed sempliċi u maħdum fuq is-simetrija.
“Apparti minn hekk, din is-sena rajna wkoll li jintramaw aktar żoni differenti madwar il-lokal”, qal Grech.



Ritratti: Andre Gialanze