Raġel F’Dar Ta’ Rijabilitazzjoni Jibki Minħabba S-Solitudni. Jixtieq Ikun Ma’ Martu, Uliedu u N-Neputijiet
Il-Psikologu Nicholas Briffa rrakonta fuq Facebook kif ħabib tiegħu li jaħdem f’residenza ta’ rijabilitazzjoni viċin ta’ Ruma tkellem miegħu dwar “esperjenza qawwija li għadda minnha kollega tiegħu fl-aħħar jiem”.
Briffa jirrakonta li dan il-professjonista kien qed jitkellem ma’ resident f’din id-dar u staqsih għaliex jinsab imdejjaq. Ir-raġel fil-pront wieġeb li qed jibki għax jixtieq ikun ma’ uliedu, martu u n-neputijiet.
Kemm hi kerha s-solitudni! Briffa saħaq li qatt ma għandna ninsew li l-ħajja hija dejjem prezzjuża wisq, hi x’inhi l-età, u appella sabiex nipproteġu kull ħajja, “minn dik ta’ ftit siegħat sa dik ta’ ħafna snin”.