Talbu Jżomm Id-Distanza U Wieġbu: “Mhux Affari Tiegħek X’Nagħmel Jien!”

 Talbu Jżomm Id-Distanza U Wieġbu: “Mhux Affari Tiegħek X’Nagħmel Jien!”
Emmanuel Giordimaina wera d-diżappunt tiegħu lejn kif uħud min-nies jaġixxu meta xi ħadd jitlbhom dak li hu meħtieġ f’dan il-mument tal-pandemija b’edukazzjoni.
“X’ ħin qiegħed inħallas ġie raġel, għamel l-affarijiet tiegħu fuq il-bank u totalment daħal miegħi eżatt! B l-edukazzjoni kollha għedtlu, ‘Mr, keep your distance please.’ Qalli: ‘Mhux affari tiegħek x’ nagħmel jien!’ “
Giordimaina spjega kif bl-edukazzjoni kollha reġa’ kellmu u talbu biex jagħti kas għax wara kollox kien tħaxken eżatt miegħu. “Ħa għalih għax għedtlu żomm id-distanza ta… Ma nistax nemmen!”
Imma possibbli trid teskala sa lważi argument biex dak li jkun jobdi dak li ilna nisimgħu dwaru?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com