65 Borża Ta’ Skart f’Clean Up Birżebbuġa
Il-kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa flimkien mal-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja kif ukoll il-Community Police, Girl Guides, Scouts u l-Aġenzija Żgħażagħ illum ingħaqdu flimkien sabiex b’mod volontarju jnadfu qrib Wied Qoton.
B’kollox kien hemm xejn anqas minn 35 volontier fosthom il-Ministru Julia Farrugia Portelli li flimkien mal-ħaddiema tal-Ministeru għenu f’dan il-ġest ta’ għaqda biex jitnadfu l-viċinanzi ta’ wieħed mill-widien importanti fil-pajjiż
Fi ftit ħin inġabru xejn anqas minn 65 borża.
Ritratt: Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja