96 Immigrant Salvati Mill-Ibħra Maltin Jiddaħħlu Fi Sqallija

 96 Immigrant Salvati Mill-Ibħra Maltin Jiddaħħlu Fi Sqallija

Madwar 250 migrant salvati mill-bastiment Open Arms fl-ibħra internazzjonali bejn Lejlet l-Ewwel tas-Sena u t-2 ta’ Jannar qed jittieħdu fuq vapur ta’ kwarantina f’Porto Empedocle fi Sqallija.

Fost l-immigranti hemm grupp ta’ 96 li s-Sibt li għadda nġabru minn fuq dgħajsa fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ ta’ Malta .

L-għaqda mhux governattiva Alarm Phone, li tipprovdi għajnuna diretta għall-migranti f’diffikultà fuq il-baħar, qalet li l-awtoritajiet Maltin injoraw talba għal assistenza. Fost il-grupp kien hemm 17-il minuri u żewġ nisa.

Alarm Phone allegat li ċ-ċentru ta’ koordinazzjoni tas-salvataġġ ta’ Malta jew ma weġibx jew qata’ immedjatament it-telefonata.

Il-bastiment li għabba 96 immigrant kien diġà qed iġorr 157 migrant minn salvataġġ li seħħ fil-31 ta ’Diċembru barra ż-żona ta’ tfittxija Libjana.

Fi tweet tard, Oscar Camps, il-fundatur tal-NGO Open Arms, qal li l-Italja kkonfermat port sigur fi Sqallija.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com