Il-Papa’ Jneżża’ Qassis Malti Mil-Libsa Klerikali Wara Li Abbuża Tifel

 Il-Papa’ Jneżża’ Qassis Malti Mil-Libsa Klerikali Wara Li Abbuża Tifel

Il-Papa’ Franġisku neżża’ uffiċjalment saċerdot Malti mil-libsa klerikali wara li fl-aħħar ġimgħat instab ħati mill-qrati Maltin, inklużi l-qorti tal-appell, li abbuża sesswalment minn tifel taħt taħt l-eta.

Donald Bellizzi ta’ 50 sena ġie kkundannat tliet snin ħabs wara li nstab ħati li f’Ġunju ta’ 10 snin ilu kkorrompa tifel minorenni.

Id-digriet tal-Vatikan ġie ppubblikat fit-3 ta’ Diċembru li għadda. Id-digriet ġie ffirmat minn Bellizzi nnifsu fit-22 ta’ Diċembru. Huwa wieħed minn 84 persuna, fosthom żewġ nisa, mniżżla fir-reġistru tal-pedofeli.

Tul il-proċeduri, Bellizzi saħaq li l-kuntatt sesswali bejnu u t-tifel kien konsenswali u sostna li l-piena fil-konfront tiegħu kienet waħda eċċessiva.

L-abbuż seħħ f’żewġt idjar tal-irtir matul is-sajf ta’ 10 snin ilu. It-tifel kien wieħed fost ħamsa li ddeċiedew li jqattgħu ftit jiem f’kunvent wara li wrew ix-xewqa li jsiru saċerdoti. Il-qassis ħa ritratti tas-subien waqt li kienu qed jinħaslu. Il-vittma qal li temm ir-relazzjoni li kellu mal-qassis meta għalaq 17-il sena.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com