It-Taħriġ Lill-Pulizija Se Jkun Iktar Speċjalizzat U Akkreditat

 It-Taħriġ Lill-Pulizija Se Jkun Iktar Speċjalizzat U Akkreditat

It-taħriġ li jingħata lill-membri l-ġodda u dawk eżistenti tal-Korp tal-Pulizija se jkun iktar speċjalizzat u akkreditat minn istituzzjonijiet ta’ reputazzjoni peremezz ta’ inizijattivi li ttieħdu fl-aħħar xhur.

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Intern Byron Camilleri meta żar 65 rekluta li bħalissa għaddejjin bit-taħriġ tagħhom fl-Akkademja għall-Korpi Dixxiplinati. Il-Ministru Camilleri spjega kif l-għan hu li jkomplu jitjiebu l-ħiliet tal-membri tal-Korp tal-Pulizija.

Huwa appella lir-rekluti l-ġodda biex jidħlu għal dan ix-xogħol b’entużjażmu u b’dedikazzjoni lejn il-komunità li jservu.

Qal li t-taħriġ tal-uffiċjali huwa parti kruċjali mill-viżjoni tal-gvern biex ikompli jinvesti fis-sigurtà ta’ pajjiżna.

It-taħriġ intensiv qed isir fuq medda ta’ numru ta’ ġimgħat u jinvolvi taħriġ prattiku u dak teoretiku. Dan se jwassal lir-rekluti sabiex ikunu preparati għal kulma jiltaqgħu miegħu fil-ħidma ta’ kuljum.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com