Iweġġa’ F’Sit Ta’ Kostruzzjoni F’Għawdex

 Iweġġa’ F’Sit Ta’ Kostruzzjoni F’Għawdex

Tuneżin ta’ 60 sena weġġa’ gravi wara li ndarab f’sit ta’ kostruzzjoni f’San Lawrenz Għawdex.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħodu fi Trejqet l-Għaxra ta’ Awwissu, San Lawrenz, Għawdex.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li fil-ħin tal-inċident, il-vittma waqa’ madwar sular waqt li kien qed jaħdem.

Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com