Jirritorna L-Logħob mill-FA Cup

 Jirritorna L-Logħob mill-FA Cup

Bejn illum u nhar it-Tlieta jintlagħbu xejn iżjed minn sittax il-partita mir-raba rawnd tal-FA Cup fl-Ingilterra.

L-ewwel partita tintlagħab illejla fejn Chorley FC jilgħabu kontra Wolves. Għada jintlagħbu tmien partiti oħra fejn fost l-oħrajn tispikka l-partita bejn Southampton u Arsenal fil-13.30 filwaqt li fil-18.30 Cheltenham Town jilgħabu kontra Man. City.

Il-qofol jintlaħaq il-Ħadd fil-18.00 hekk kif ġimgħa wara d-draw ta’ mingħajr gowls fil-Kampjonat Premier Ingliż, Manchester United jilqaw f’darhom lil Liverpool. Kmieni wara nofsinhar jkollna lil Chelsea li jilgħabu kontra Luton Town filwaqt li filgħaxija fil-21.00 Everton f’darhom jilqaw lil Sheffield Wednesday. Il-Ħadd wara nofsinhar ukoll jkollna lil Fulham li jilgħabu konta Burnley u Brentford kontra Leicester City.

It-Tnejn Wycombe Wanderers kontra Tottenham fil-20.45 filwaqt li t-Tlieta AFC Bournemouth kontra Crawley Town.

 

Ritratt: thefa.com

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com