Tazzi Domestiċi – Lazio u Barcelona Jħallu għal Aħħar

 Tazzi Domestiċi – Lazio u Barcelona Jħallu għal Aħħar

Lazio kwalfikaw għal kwarti finali tal-Coppa Italia meta ilbieraħ filgħaxija huma għelbu lill-Parma 2 – 1 b’awtogowl fil-90 minuta ta’ Colombi. Kien it-tim mill-kapitali taljana li mar fil-vantaġġ fil-23 minuta permezz ta’ Parolo iżda Mihaila ġab id-draw għal Parma seba minuti mit-tmiem il-partita.

B’hekk Lazio jilgħabu kontra Atalanta fil-kwarti finali f’nofs il-ġimgħa d-dieħla. Il-kwarti tal-finali l-oħra ser jlaqqaw lill-Inter kontra Milan, Juventus kontra SPAL u Napoli kontra Spezia.

Sadinitant f’Spanja Barcelona kellhom jitħabtu sabiex jikkwalfikaw għar-rawnd li jmiss fejn fir-rawnd tal-aħħar 32 tat-Tazza tar-Re huma għelbu lill-UD Cornella 2 – 0 wara l-ħin barrani. Dembele poġġa lill-katalani fil-vantaġġ fil-92 minuta filwaqt li Braithwaite skorja t-tieni gowl fil-122 minuta.

 

Ritratt: fanpage.it

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com