Kumpanija Maltija Timpjega 25 Ħaddiem Ġdid Sal-Aħħar Tas-Sena 2020

 Kumpanija Maltija Timpjega 25 Ħaddiem Ġdid Sal-Aħħar Tas-Sena 2020

Il-kumpanija E&L Enterprises Ltd żammet lill-ħaddiema kollha li kienu jammontaw għal 70 anke matul il-perjodu tal-pandemija. Aktar minn hekk, u minkejja d-diffikultajiet tas-sitwazzjoni, il-kumpanija impjegat 25 persuna ġdida sal-aħħar tas-sena permezz tal-Pjan ta’ Riġenerazzjoni Ekonomika li ħabbar il-Gvern f’Ġunju li għadda.

Dan tħabbar mis-sid tal-kumpanija E&L Enterprises Ltd Joe Camilleri waqt żjara li għamlu l-Ministri Silvio Schembri u Miriam Dalli kif ukoll is-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi. Huwa spjega li l-kumpanija ssalvagwardjat l-impjiegi tal-ħaddiema tagħha u ħolqot impjiegi ġodda.

E&L Enterprises Ltd toffri servizzi ta’ manifattura fis-settur tal-ħadid, inkluż l-immanifatturar ta’ strutturi fil-kostruzzjoni u servizzi oħra relatati mal-finituri tal-istess prodott.

Matul is-sena li għaddiet il-kumpanija kompliet tinvesti f’makkinarju ġdid li jaqta’ u jgħawweġ il-ħadid u li jintuża f’industriji differenti. Dan kien possibbli anke grazzi għall-fondi Ewropej. Biex issaħħaħ il-produttività tagħha, il-kumpanija għamlet investiment addizzjonali ta’ nofs miljun ewro.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com