Żewġ Anzjani Jmutu Pożittivi Għall-Covid-19

 Żewġ Anzjani Jmutu Pożittivi Għall-Covid-19

Il-Ministeru għas-Saħħa qal li fl-aħħar 24 siegħa żewġ anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

Fl-ewwel każ anzjan ta’ 85 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-7 ta’ Jannar, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tieni każ anzjana ta’ 77 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva fit-3 ta’ Jannar, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, jappella biex nibqgħu viġilanti u nosservaw il-miżuri kollha ta’ prevenzjoni, huwa importanti li min għandu xi sintomi ma joħorġux u jċempel 111.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com