1,000 Immigrant Imwaqqfa Eżatt Qabel Ipprovaw Jaħarbu Mil-Libja Lejn L-Ewropa

 1,000 Immigrant Imwaqqfa Eżatt Qabel Ipprovaw Jaħarbu Mil-Libja Lejn L-Ewropa

Il-Ġranet sbieħ fil-Mediterran wassal biex madwar elf immigrant, il-maġġoranza tagħhom Afrikani pruvaw jaħarbu mil-Libja bil-baħar. Dawn il-vjaġġi bdew isiru permezz ta’ dgħajjes tal-injam u dinghies b’madwar 100 immigrant mgħobbija f’kull waħda minnhom. Matul l-aħħar jiem il-Forzi tal-Ordni Libjani salvaw madwar 800 immigrant f’temp ta’ jumejn.

Paru passu mal-elementi, jidher li t-traġiti tal-immigranti rregolari żdiedu f’salt hekk kif il-vapur bil-bandiera Norveġiża Ocean Viking intlemaħ isalpa viċin ħafna l-ibħra territorjali Libjani. F’kitba fuq Twitter, il-vapur li huwa proprjetà ta’ għaqda non-governattiva Franċiża, ikkonferma li ġabar aktar minn 200 immigrant qrib l-ibħra Libiċi fl-aħħar jumejn.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com