26 Sena Ilu Malta Siktet B’Dieqa Kbira… X’Ġara?!

 26 Sena Ilu Malta Siktet B’Dieqa Kbira… X’Ġara?!

Bħal-lum 26 sena ilu, il-pajjiżinħasad bi traġedja kbira li saret tal-Um El Faroud fejn fiha tilfu ħajjithom 9 ħaddiema tat-tarzna.

Kien it-3 ta’ Frar tal-1995 li t-tanker Libjan sploda waqt li kien sorġut fil-Baċir Numru 3 għat-tiswijiet.

Il-vittmi kienu George Aquilina ta’ 24 sena minn Ħal Qormi, Charles Callus ta’ 46 sena mill-Belt, Mario Hales ta’ 39 sena mill-Imqabba, Simon Mifsud ta’ 26 sena mill-Birgu, Simon Pisani ta’ 22 sena mill-Imsida, Angelo Sciberras ta’ 51 sena minn Ħaż-Żabbar, Anthony Vassallo ta’ 29 sena minn Ħad-Dingli (dawn il-persuni mietu mill-ewwel) u Paul Seguna ta’ 37 sena minn Ħaż-Żebbuġg u George Xuereb ta’ 58 sena minn Ħal Qormi li mietu aktar tard.

Kien fis-sena 1998, meta l-bastiment ġie mgħarraq fl-inħawi ta’ Wied Qrendi fejn illum, dak li kien ikrah għaliex ħalla traġedja warajh, illum sar attrazzjoni għall-għaddassa.

Insellmu lil dawn il-vittmi…

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com