Attenti Minn Dan Il-Prodott. Tużawhx!

 Attenti Minn Dan Il-Prodott. Tużawhx!

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni addizzjonali li l-istess direttorat irċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmijin lottijiet ta’ dan il-prodott m’għandhomx jiġu kkunsmati minħabba l-possibiltà ta’ kontaminazzjoni b’pestiċida (Ethlyene oxide).

Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon: 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq [email protected].

Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com