UCL – L-aqwa kompetizzjoni Ewropeja tal-futbol tirritorna t-Tlieta u l-Erbgħa

 UCL – L-aqwa kompetizzjoni Ewropeja tal-futbol tirritorna t-Tlieta u l-Erbgħa

UEFA Champions League lura bejn it-Tlieta u l-Erbgħa bl-ewwel logħbiet mill-Ewwel Legs tar-Rawnd tas-Sittax.

Il-jiem ta’ qabel ir-ritorn tal-kompetizzjoni kien iddominat mill-aħbarijiet dwar logħbiet fi stadiums newtrali minħabba travel ban għall-klabbs minn numru ta’ pajjiżi, b’mod predominanti din it-travel ban taffetwa lill-klabbs Ingliżi fil-kompetizzjoni.

Filfatt, Leipzig kontra Liverpool għada t-Tlieta mhux se tintlgħab fil-Ġermanja iżda fil-Puskás Aréna fil-kapitali Ungeriża, Budapest.

Atlético Madrid kontra Chelsea bħal għada ġimgħa, it-Tlieta 23 ta’ Frar mhux se tintlgħab fil-kapitali Spanjola iżda fl-Arena Naţională tal-kapitali Rumena, Bucharest, l-għada, l-Erbgħa 24 ta’ Frar id-dwell bejn il-Ġermaniżi Borussia Mönchengladbach u l-ġganti Ngliżi Manchester City iċċaqlaq mill-Ġermanja għal Puskás Aréna ta’ Budapest ukoll.

Intant għada t-Tlieta, appparti Leipzig kontra Liverpool fl-Ungerija, hemm ukoll partita klassiika bejn tnejn li sena wara l-oħra jkunu fost il-favoriti, hekk kif fin-Nou Camp, Barcelona jospitaw lil Paris St. Germain, l-ewwel test Ewropew ma’ dan il-klabb Franċiż għall-kowċ il-ġdid, l-Arġentin Mauricio Pochettino.

L-Erbgħa, Sevilla jilqgħu lil Borussia Dortmund, Porto kontra Juventus.

Il-ġimgħa d-dieħla ntant, it-Tlieta jilgħabu, kif semmejna f’venue newtrali, Atletico Madrid v Chelsea u Lazio jilqgħu fi Stadio Olimpico ta’ Ruma liċ-Champions renjanti u tad-Dinja, Bayern Munich, l-Erbgħa tal-ġimgħa d-dieħla, Atalanta kontra Real Madrid u fi stadium u pajjiż newtrali, Borussia Monchengladbach jospitaw f’test diffiċli ferm għall-Ġermaniżi kontra l-qawwa u fuq quddiem mal-favoriti dan l-istaġun, Manchester City.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com