Cyrus Engerer Isemmi Tliet Punti Importanti Fil-Parlament Ewropew F’Dan Iż-Żmien Diffiċli Tal-Pandemija

 Cyrus Engerer Isemmi Tliet Punti Importanti Fil-Parlament Ewropew F’Dan Iż-Żmien Diffiċli Tal-Pandemija

Illum il-Membru Parlamentari Ewropew Cyrus Engerer indirizza lill-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, fejn saħaq fuq tliet punti importanti u li għandhom ikunu l-bażi ta’ għaqda bejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea f’dan iż-żmien diffiċli tal-pandemija Covid-19.

Tenna li qabel xejn, is-solidarjetà għandha tkun iċ-ċavetta sabiex noħorġu rebbieħa minn dan iż-żmien. Saħaq ukoll fuq l-importanza li nibdew ninnegozzjaw u nixtru immedjatament d-dozi fl-eventwalità li jkollna bżonn it-tielet tilqima. Apparti hekk, enfasizza l-punt ta’ trasparenza assoluta fejn tidħol il-pubblikazzjoni tal-kuntratti tal-vaċċini bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-manifatturi.

F’referenza għan-nuqqas ta’ trasparenza mill-Kummissjoni Ewropea fuq il-kuntratti tax-xiri tal-vaċċini, Engerer qal li “il-mument li l-Unjoni ma tkunx trasparenti, hu l-mument li ċ-ċittadini jitilfu l-kredibbiltà fl-Unjoni Ewropea.”

“Konvint li l-istorja se tiġġudika dan il-mument diffiċli bħala wieħed essenzjali fil-mixja tal-integrazzjoni tal-Unjoni Ewropea.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com