FA Trophy – Disa Timijiet Jikkwalifikaw Għar-Rawnd Li Jmiss

 FA Trophy – Disa Timijiet Jikkwalifikaw Għar-Rawnd Li Jmiss

Disa timijiet għamluha għar-rawnd li jmiss tal-FA Trophy hekk kif illum intlagħbu xejn anqas minn disa konfronti bl-għaxar wieħed jiġi pospost għal ġurnata oħra.

Fl-uniku logħba fl-Stadium Nazzjonali f’Ta’ Qali Valletta ġew minn wara biex għelbu lill-Gudja United 2 – 1. Gudja lagħbu tlett kwarti tal-konfront b’plejer anqas meta fil-21 minuta tkeċċa Juan Andres Bolanos. Madankollu kienu huma li marru fil-vantaġġ permezz ta’ Tensior Gusman għaxar minuti wara. Valletta ġabu d-draw permezz ta’ Santiago Malano fil-63 minuta b’Shawn Dimech jiskorja l-gowl tar-rebħa fil-78 minuta.

F’Għawdex l-ebda diffikultà għal Ħamrun Spartans biex għelbu lill-Sannat Lions 3 – 1. David Yeboah poġġa lill-Spartans fil-vantaġġ fil-18 il-minuta b’Milos Perisic fil-56 minuta iġib id-draw għal lions. Seydou Doumbia fil-63 minuta jerġa jpoġġi lill-Hamrun fil-vantaġġ b’Andreas Cittadini fil-94 minuta jissiġilla r-rebħa għal skor finali ta’ 3 – 1.

Fic-Centenary Stadium Tarxien għelbu lill-Qormi 3 – 0 b’gowls skurjati minn Eduardo Souza Rosado fil-36 minuta, Jurgen Debono fl-64 minuta u Luigi Bonavia fil-90 minuta.

Fil-Hibernians Stadium Santa Lucia komplew jkabbru l-inkwiet għal Floriana meta għelbuhom 3 – 1. Augusto Caseres poġġa lil luċjani fil-vantaġġ u eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima Kevin Ante Rosero jagħmilhom 2 – 0. Ma ftit aktar minn siegħa logħob lis-stess Ante Rosero jagħmilhom 3 – 0. Floriana naqsu d-distakk tmien minuti mit-tmiem permezz ta’ Kristian Keqi.

Fis-Sirens Stadium Xaghru United għelbu lill-Birżebbuġa 4 – 1. Xagħra fil-vantaġġ wara ħames minuti b’gowl skurjat minn penalty ta’ Rodrigues Santos Felipe. Francesco Attard fil-50 minuta jagħmel lis-skor 2 – 0 u minuta biss wara Santos Felipe jagħmilhom tlieta. Cutajar naqqas id-distakk għal Birżebbuġa b’Rafael Ferreira Souza jiskorja r-raba u l-aħħar gowl għal Xagħra.

Fil-Victor Tedesco Stadium goal wieħed kien biżżejjed biex Marsa għelbu li Żebbuġ Rangers 1 – 0  b’gowl ta’ Jackson Lima minn penalty fil-62 minuta.

Fic-Centenary Stadium St. Andrews għelbu lill-Sliema Wanderers 1 – 0 b’gowl fil-90 minuta ta’ Jed Valletta.

Fil-Hibs Stadium Balzan ġew megħluba minn Mosta 3 – 1. Bojan Kaljevic poġġa lill-Mosta fil-vantaġġ fil-13 il-minuta b’Divine Naah jiskorja t-tieni gowl fil-47 minuta.  Fil-73 minuta kelna autogoal ta’ Dejan Debono li naqqas id-distakk għal Balzan iżda Mosta reġaw ir-rispondew b’gowl ieħor skurjat minn Kaljevic fil-79 minuta.

Fil-Victor Tedesco Stadium Naxxar għelbu lil Swieqi 6 – 1 b’doppjetta ta’ Robinson Blandon u dopjjetta ta’ Christopher Bibaku bil-ħames gowl jiskurjaħ Nick Borg. Għal Swieqi skorja l-gowl tal-bandiera Ibrahim Salis iżda Andres Tenorio skorja l-aħħar gowl tal-partita għal Naxxar.

Il-partita bejn Hibernians u Żejtun ġiet posposta wara li numru ta’ plejers ta’ Żejtun ir-riżultaw fil-pożittiv għal Covid 19.

Intant ilbieraħ Birkirkara għelbu bla wisq diffikultà lill-Lija Athletic 6 – 0.

 

Ritratt: MFA

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com