Din Is-Sena Mhux Se Jsiru Purċissjonijiet Fir-Randan U L-Ġimgħa Mqaddsa

 Din Is-Sena Mhux Se Jsiru Purċissjonijiet Fir-Randan U L-Ġimgħa Mqaddsa

Jidher li din is-sena wkoll il-purċissjonijiet fir-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa mhux ser jiġu organizzati minħabba l-pandemija tal-Covid-19.

Is-sena l-oħra wkoll kienu diġa tħassru ħafna mill-attivitajiet li jiġu organizzati mill-parroċċi, iżda din is-sena ser jitħassru mill-ġdid l-attivitajiet kollha wara li jidher li l-Knisja bagħtet ċirkolari li l-Knisja qed tħeġġeġ lill-poplu nisrani biex tul dan iż-żmien tar-Randan jisma’ l-Kelma ta’ Alla, jinġabar fit-talb u jagħmel karità u li l-Knisja se tibqa’ tevalwa s-sitwazzjoni tas-saħħa pubblika u aktar ’il quddiem tagħti direttivi dwar kif għandha tiġi ċċelebrata l-liturġija tat-Tridu tal-Għid.

Il-Knisja ħeġġet lil kulħadd biex josserva d-direttivi għall-ħarsien tas-saħħa.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com