FA Trophy – Posposta Hibernians Kontra Żejtun

 FA Trophy – Posposta Hibernians Kontra Żejtun

Ftit tal-ħin ilu l-Assoċjazzjoni Maltija tal-futbol ħabbret li t-tieni partita li kellha tintlagħab illum fl-Stadium Nazzjonali f’Ta’ Qali mit-tielet rawnd tal-FA Trophy bejn Hibernians vs Żejtun Corinthians ġiet posposta minħabba li numru ta’ plejers fl-skwadra ta’ Żejtun ir-riżultaw fil-pożittiv għal Covid 19.

L-MFA qalet li ħadet din id-deċiżjoni wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet tas-saħħa.

Nifhmu li fil-ħin li ġej l-skwadra u l-staff tekniku ta’ Żejtun ser jigu mitluba josservaw erbatax il-ġurnata ta’ kwarantina mandatorja. Dan ifisser li l-partiti li jmiss mill-Kampjonat Premier tat-tim ta’ Żejtun ser jigu posposti wkoll.

 

Ritratt: Hibernians FC

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com