Hibernians Superjuri Għal Valletta

 Hibernians Superjuri Għal Valletta

Fl-ewwel partita tal-Ħadd wara nofsinhar fl-Stadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, Hibernians għelbu lill-Valletta 4 – 1 bit-tim belti jilgħab iktar minn tlett kwarti tal-partita b’plejer anqas meta għalihom tkeċċa Shaun Dimech fil-12 il-minuta.

Jurgen Degbarielle poġġa lill-Hibernians fil-vantaġġ wara biss ħames minuti logħob iżda Ryan Fenech direttament minn corner ġab id-draw għat-tim Belti fil-22 minuta bl-ewwel taqsima għalhekk tintemm 1 – 1.

Wara ħames minuti logħob fit-tieni taqsima Hibernians reġaw marru fil-vantaġġ grazzi għal Dunstan Vella biex umbad żewġ bravuri tad-debuttant Gilmar Da Silva Ribeiro fil-69 minuta u fil-77 minuta rispettivament taw rebħa komda lit-tim tal-Hibs.

Skor Finali Valletta 1 Hibernians 4 bil-plejer tal-logħba jkun ivvutat Gilmar ta’ Hibernians.

 

Ritratt: Valletta FC Media

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com