“Meta Nħallu Din Id-Dinja, Fuq L-Irħama Kiesħa… Ngħix Biex Inħobbok”

 “Meta Nħallu Din Id-Dinja, Fuq L-Irħama Kiesħa… Ngħix Biex Inħobbok”

Fuq il-paġna I am Diego; li hija paġna li sservi ta’ vjaġġ fost l-awtiżmu, itella’ ħsieb mirqum li ġibdilna l-attenzjoni.

Il-post jitkellem dwar li meta mmutu, fuq l-irħama kiesħa jitfakkru l-memorji bħad-data tat-twelid u tal-mewt b’sinjal dritt bejniethom li mhux għal kulħadd fisser l-istess fil-ħajja.

Min bi tgawdija u min b’inkwiet.

“Kuljum ngħix bil-ħsieb li d-data tal-bidu u d-data tat-tmiem ftit li xejn huma importanti għalija. Dak li hu importanti għalija huwa s-sinjal – ”

Intqal li “Kuljum ngħix biex dak is-sinjal nimlieh b’memorji sbieħ miegħek.’ Spjegat li tgħix biex tħobbu, b’riferenza għat-tifel Diego.

“Għax x’hemm isbah milli tagħti l-imħabba? Li tirċievi l-imħabba huwa sabiħ, imma li tkun taf tagħtieha huwa rigal imprezzabli.”

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com