Illejla Jibdew L-Kompetizzjonijiet Lokali Tal-Waterpolo

 Illejla Jibdew L-Kompetizzjonijiet Lokali Tal-Waterpolo

Fil-pixxina nazzjonali llum jibdew il-kompetizzjonijiet għas-sena 2021 bl-Enemed Cup. Fl-ewwel logħba li tibda fil-17.30 jiltaqaw it-timijiet ta’ Otters Nivea u Exiles SC filwaqt li fit-tieni logħba li tibda fil-19.35 jilgħabu kontra xulxin Neptunes WPSC kontra Marsaxlokk Browns.

Intant bħalissa numru ta’ timijiet għaddejjin b’ħidma intensiva sabiex jakkwistaw l-aħjar plejers. Fost dawn insibu lill-klabb ta’ San Ġiljan Mercury Towers li akkwistaw b’self mingħand Warrender Waterpolo Club ta’ Skozzja lill-plejer internazzjonali Domenique Zahra.

Zahra, li għandu ċittadinanza Maltija u anke Ingliża, għandu esperjenza vasta fl-sfera internazzjonali. Matul l-2017 huwa kien parti mit-tim Brittaniku li ħa sehem fil-LEN European Junior Water Polo Championships Qualification Tournament filwaqt li bħalissa jifforma parti mill-skwadra skoċċiża kemm fil-livel taż-żgħażagħ u anke fil-kategorija tal-kbar.

Lokalment huwa kellu esperjenza wkoll ma’ Otters.

 

Ritratt: Domenique Zahra / Facebook

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com