Jean Tilef Lil Martu Janet – “Kieku Għandi Ftit Iżjed Żmien Magħha, Kemm Ngħidilha Xorti…”

 Jean Tilef Lil Martu Janet – “Kieku Għandi Ftit Iżjed Żmien Magħha, Kemm Ngħidilha Xorti…”

Jean Pierre tilef lil martu Janet ftit tas-snin ilu. Matul iż-żmien li Janet kienet marida, il-Hospice kienet dejjem hemm sabiex toffri refuġju lil din il-familja, partikolarment lil Janet.

Minkejja li tilef lil martu, Jean jibqa’ kommess li jgħin lil Hospice, għaliex hu daq direttament il-ġid li toffri din l-entità.

F’dan il-filmat Jean Pierre għandu parir għalik:

Bħal-lum ġimgħa, fl-14 ta’ Frar 2021 u f’jum l-imħabba, Hospice se tkun qed tiġbor il-fondi sabiex tkun tista’ tgħin aktar persuni permezz tal-ftuħ ta’ kumpless għall-kura paljattiva bl-isem ta’ St Michael Hospice.

Inti tista’ tgħin lil Hospice tilħaq dan il-għan billi tagħti d-donazzjoni tiegħek waqt din il-maratona ta’ ġbir ta’ fondi. Il-maratona se tkun qed tixxandar LIVE bejn nofsinhar u nofsillejl.

Tista’ tagħti d-donazzjoni tiegħek permezz ta’ dawn in-numri:

– €25 – 51802024

– €50 – 51902031

– €11.65 – SMS 50619234

– BOV Mobile – 79933894

– Pledge – 21220011

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com