Raġel Jaqa’ Minn Fuq Mutur Fil-Gudja…

 Raġel Jaqa’ Minn Fuq Mutur Fil-Gudja…

Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-7.00, il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm persuna li kellha bżonn l-assistenza tagħha u dik medika fi Triq Ħal Tarxien, Gudja.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li raġel ta’ 45 sena li jgħix il-Gudja, li kien qed isuq mutur Yamaha, tilef il-kontroll tal-mutur u waqa’.

Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei permezz t’ambulanza, fejn iktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com