X’Films Tista’ Tara F’Jum San Valentinu?

 X’Films Tista’ Tara F’Jum San Valentinu?

Kemm għall-koppji u kemm għal nies singoli ġbarna numru ta’ films li għandhom jolqtu tajeb il-gosti ta’ kulħadd.

‘Sliding doors’ (2008) Il-wiċċ ta’ qalb maqsuma ta’ Gwyneth Paltrow huwa biżżejjed biex iggħalek igġib il-maktur, iżda dan mhuwiex film tad-dwejjaq aktar milli hu film fuq kemm kull sekonda tal-ħajja tgħodd.

‘Definetely, maybe’ (2008) F’dan il-film Ryan Reynolds jaħdimha ta’ single father li qed jirrakkonta dwar it-tfajliet tal-passat tiegħu lil bintu. Dan sabiex hi taqta min minn dawn it- tfajliet hi ommha!

 

‘The time traveller’s wife’ (2009) Lil Rachel Mac Adams din id- darba ma narawiex f’notebook iżda film li ukoll jinvolvi mħabba diffiċli iżda li tqanqallek qalbek. Dan il-film jmur tajeb ma dawk li aparti li jħobbu l-imħabba, tgħoġobhom il-fantaxjenza.

‘I feel pretty’ (2018) Amy schumer f’dan il-film taħbat rasha u tqum tħossha daqs li kieku hi l-isbaħ mara tad-dinja mingħajr ħafna kantunieri romantiċi żejda. Jekk mintomx qed tħossukom perfetti illum u għandkom bżonn daħka dan hu il-film għalikom.

 

‘One fine day’ (1996) Għad li illum it-temp mhuwiex daqshekk ‘fine’ kif jgħid dan it-titlu, l-istorja ta’ żewġ ġenituri li jaħdmu imma spiċċaw mingħajr childcare tirrelata ħafna mas-sitwazzjoni riċenti! Jekk ħajtek ma għandiex xtaqsam ma din il ġurnata mimlija daqs bajda ta’din il- familja, dejjem hemm George Clooney u Michelle Pfeiffer lejn xiex tħares!

‘The Princess bride’ (1987) Film ta aventura li se jżomm kemm l-adulti kif ukoll il-valentini iż-żgħar. Għax jekk wara kollox il-festa tal-lum se tiġi irigwardata bħala dik tal- maħbubin, mela it-tfal għandhom sehem kbir fiha.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com