AWGURI GILBERT.. Ippublikat L-ewwel Ritratt Tal-Kowċ Il-Ġdid Malti ta’ taħt il-21 sena
Xahar wara li ħarġet l-aħbar li Gilbert Agius kien se jinħatar kowċ Malti ta’ taħt il-21 sena u b’hekk itemm relazzjoni tal-fuq minn 30 sena mal-klabb li fih twieled, trabba, għex u kiber u li miegħu tgħallem il-ballun, lagħab, rebaħ u ċċelebra.. Valletta FC, l-MFA ippublikat l-ewwel ritratt ta’ Gilbert bil-kit Nazzjonali.
F’kelma waħda l-prezentazzjoni uffiċjali ta’ Gilbert Agius f’dan l-irwol il-ġdid minflok Silvio Vella bħala kowċ Malti ta’ taħt il-21 sena, jħejji lil dawn iż-żgħażagħ fil-filosofija waħda ntrodotta għat-Timijiet Nazzjonali, qabel grupp diffiċli dak Ċ ta’ Kwalifikazzjoni li jmiss għall-Kampjonat Ewropew, li fih Malta f’dal-livell trid taffronta lil Spanja, r-Russja, s-Slovakkja, l-Irlanda ta’ Fuq u l-Litwanja.
Kollox jibda fil-bidu ta’ Settembru li ġej f’darna kontra l-Irlanda ta’ Fuq, sa dakinhar serje ta’ logħbiet ta’ ħbiberija bi preparazzjoni għal Gilbert u l-grupp ta’ żgħażagħ li se jkollu jaħdem miegħu biex bħala grupp jaffronta bl-aħjar mod possibli dawn l-impenji diffiċli li ġejjin aktar tard din is-sena.