“Bżonn ta’ Screening Biex Ikunu Kkontrollati Varjanti Oħra” – Stephen Spiteri

 “Bżonn ta’ Screening Biex Ikunu Kkontrollati Varjanti Oħra” – Stephen Spiteri

Id-Deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri talab biex isir l-iscreening neċessarju fl-ajruport u fil-portijiet biex ikunu kkontrollati varjanti oħra tal-Covid-19.

Dan qalu fil-parlament fejn tenna, li l-PN jemmen li s-sitwazzjoni hi urġenti u b’hekk huwa meħtieġ li jsiru iżjed kontrolli biex l-impatt fuq is-saħħa jitnaqqas.

Saħaq ukoll li l-PN qed jara l-bżonn ta’ emerġenza fis-saħħa pubblika u li din għandha tkun id-direzzjoni tas-Supretendent tas-saħħa pubblika meta f’pajjiżna hawn l-ingredjenti kollha ta’ emerġenza fis-saħħa pubblika.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com