Qabel Il-Logħob F’Għawdex Sospiż Ukoll.. Għajnsielem Avvanzaw Għall-KF Tal-GFA Cup

 Qabel Il-Logħob F’Għawdex Sospiż Ukoll.. Għajnsielem Avvanzaw Għall-KF Tal-GFA Cup

RITRATTI – Anthony Cassar (Gozo Football League)

Fl-aħħar logħba mir-rawnd preliminari tal-kompetizzjoni BOV GFA Cup, li kienet ukoll l-aħħar logħba qabel ġie sospiż il-logħob tal-futbol lokali, l-leaders tal-kampjonat Għawdxi Għajnsielem kisbu kwalifikazzjoni għal kwarti finali b’rebħa dramatika 4-3 kontra Victoria Hotspurs.

Din kienet it-tielet rebħa ta’ Għajnsielem kontra l-Hotspurs dan l-istaġun għaliex diġa kienu kisbu rebħa fil-konfronti bejniethom fl-ewwel rawnd tal-kampjonat u f’logħba mit-tielet rawnd tal-FA Trophy, jonqoshom oħra, t-Tieni Round tal-Kampjonat.

Għajnsielem fetħu l-iskor fit-tnejn u għoxrin minuta minn Ismael Belhadj, irdoppjaw minn Jhon Arboleda Valencia, qabel il-mistrieħ Paulo Santos De Azevedo naqqas id-distakk għar-Rabtin.

Fit-tieni taqsima, minn penalty Alberto Xuereb għamel l-iskor 3-1 qabel id-doppjetta personali għal Ismael Belhadj, 4-1.

Fl-aħħar ħinijiet Victoria Hotspurs għamlu l-iskor aktar rispettabli b’goals minn Shaun Attard u Henrique Maciel, għal skor finali, Għajnsielem 4-3 Victoria Hotspurs.

Fil-Kampjonat fil-jiem ta’ qabel.. 

Għajnsielem 6-1 Oratory Youths 

Il-leaders tal-Kampjonat fetħu l-iskor minn Sebastien Martinez Turizo, qabel żiedu l-iskor minn Rodney Buttigieg, Sebastien Martinez Turizo, Jhon Arboleda Valencia u Dejan Bogdanovic. Goal ta’ konsolazzjoni għal Oratory minn Rafael Rodrigues Ledesma, qabel is-sitt gowl għal Għajnsielem skurjat minn Kurt Grima.

Victoria Hotspurs F.C. 3-1 Sannat Lions FC.

Victoria Hotspurs żammew il-pass mat-timijiet ta’ quddiem, huma daħlu jistrieħu b’vantaġġ ta’ żewġ gowls b’doppjetta ta’ Shaun Attard. Sannat skurjaw 2-1 minn Brandon Said, qabel it-tielet goal għar-Rabtin skurjat minn Paulo Santos De Azevedo.

Kerċem Ajax FC. 1-3 SK Victoria Wanderers 

SK Victoria Wanderers kisbu tlett punti mportanti, fetħu l-iskor fis-sitta u tletin minuta permezz ta’ xutt lejn ir-rokna ta’ Aud-Gustine James Obaje, żiedu goal ieħor minn Gabriel Cardona, minn penalty Kerċem skurjaw minn Samuel Saldanha, qabel it-tielett goal u tliet punti għal SKVW.

Xewkija Tigers FC 1-3 Xagħra United FC

Xagħra United wettqu sorpriża meta għelbu lil Xewkija Tigers li kisbu vantaġġ kmieni minn Jake Saliba. Draw għat-tim tal-qiegħ minn Etienne Xiberras, marru fil-vantaġġ minn Savio Galea, qabel ma’ Xagħra prattikament aċċertaw mill-ewwel tlett punti fil-kampjonat bit-tielet gowl b’xutt mill-bogħod ta’ Felipe Rodrigues De Souza Santos.

Klassifika GFA BOV Gozo Football League tal-ewwel Diviżjoni

                                          Lagħbu            Punti

Għajnsielem                            9          25

Victoria Hotspurs                    9          19

Nadur Youngsters                   9          19

Kercem Ajax                            9          16

Xewkija Tigers                         9          15

Sannat Lions                           9           9

SK Victoria Wanderers            9           7

Oratory Youths                        9           4

Xagħra United                         9           3.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com