Bil-Filmat: Eks Priġunier Jgħid Lil Ministru Li S-Sitwazzjoni Fil-Ħabs Hija “Tal-Biża'”

 Bil-Filmat: Eks Priġunier Jgħid Lil Ministru Li S-Sitwazzjoni Fil-Ħabs Hija “Tal-Biża'”

Fil-programm l-Erbgħa Fost il-Ġimgħa li fih kienet qed tiġi diskussa s-sitwazzjoni fil-ħabs tkellem David Grech, persuna li kien arrestat il-ħabs u ħareġ xahar u nofs ilu.

Fil-programm, li bħala mistiedna kien hemm il-Ministru Byron Camilleri u l-kelliem għall-oppożizzjoni Beppe Fenech Adami, David Grech tkellem dwar is-sitwazzjoni “tal-biża'” li bħalissa hemm fil-ħabs.

David qal li din kienet l-ewwel darba li daħal il-Ħabs u kienet esperjenza li dbiddillek ħajtek u sostna li waqt li kien hemm iddeċieda li meta joħroġ jitkellem f’isem il-priġunieri.

David qal li meta daħal fil-ħabs tawh “biċċa ċarruta” bħala uniformi u spjega li tpoġġa f’ċekka ma’ 4 persuni, u qal li kien fortunat għax f’ċerti ċellel ikun hemm 6 jew 9 persuni f’single room.

David qal li meta mar f’diviżjoni 6, kien imwerwer, spjega li ma timmaġinax li f’pajjiż bħalna, teżisti dik id-diviżjoni, “il-ħsejjes, l-atmosfera, ċella bla dawl, saqqijiet suwed faħma, ħmieġ, toilet ġo kamra u ċertu ċellel bl-ilma jqattar”.

David qal li l-wirdien issibhom kullimkien, “kważi jsir ħabib tiegħek wara 23 siegħa”.

David spjega li waqt li kien il-ħabs, kien hemm mument li kien qed iċedi, “il-post huwa suwiċidjali, jien bniedem pożittiv, qatt ma pejjipt u bdejt inpejjep 60 sigarett kuljum”.

Spjega wkoll li waqt li kien il-ħabs prova jagħmel suwiċidju.

David Grech qal li n-nies mhux se jifhmu s-sitwazzjoni, imma fil-ħabs hu ra nies ta’ qalb kbira, dgħajfa, li kienu qed ifittxu vojt, nies li jiġu ġġudikati.

Ara l-intervista fil-link.

https://www.facebook.com/watch/?v=3592837467501783

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com