Il-Kamra Tal-Kummerċ Tfaħħar Ir-Riforma Fil-Kirjiet Protetti

 Il-Kamra Tal-Kummerċ Tfaħħar Ir-Riforma Fil-Kirjiet Protetti

Il-Kamra tal-Kummerċ iddeskriviet ir-riforma fil-kirjiet protetti bħala ‘pass ‘il quddiem’.

Dan waqt laqgħa li saret bejn l-istess entità u l-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali, li kienet meqjusa bħala waħda pożittiva ħafna.

Il-Kamra tal-Kummerċ qalet li tagħraf il-kuraġġ tal-Gvern li jindirizza din l-isfida li ilha preżenti għexieren ta’ snin.

Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ, il-Perit David Xuereb, qal li dan huwa l-ewwel pass biex jinstab bilanċ, filwaqt li assigura li l-Kamra se tkun ta’ spalla għall-Gvern biex il-proċess jibda mill-aktar fis possibli, filwaqt li l-implimentazzjoni ssir b’mod ekwu fuq is-sid u l-inkwilin.

B’rabta mar-riforma, il-Ministru Roderick Galdes fisser kif din se ġġib ġustizzja billi tara li tingħata protezzjoni lil min għandu bżonn filwaqt li tassigura dħul ġust lis-sidien.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com